Il-Provinċja Kapuċċina Maltija b’ferħ tħabbar l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ Fra Ryan Dalli.
L-Ordinazzjoni għad-Djakonat mhix biss tarġa għall-Ordinazzjoni Saċerdotali imma imma hi sejħa għal stil ta’ ħajja li jixbah ’il dak li neża’ l-mantar, tħażżem b’fardal u ħasel riġlejn id-dixxipli.
L-Ordinazzjoni Djakonali ser issir nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju 2025 minn Mons. Charles J. Scicluna fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.
Kulħadd huwa mistieden!
Nawguraw lil dan ħuna u nżommuh fit-talb tagħna.
